14/11/2025
🇲🇹 Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku jesplora l-għażliet professjonali varji li jgħinu biex jissawwar il-ġejjieni tal-wirt kulturali ta’ Malta fil-Fiera tal-Karrieri ta’ Heritage Malta, li se tittella’ fil-kwartieri tal-aġenzija f’Bighi, il-Kalkara, is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Novembru, mid-9:00am sal-5:00pm.
Dan l-avveniment mifrux fuq jumejn se jġib flimkien esperti mid-dipartimenti differenti tal-aġenzija – kuraturi, arkeologi, konservaturi, xjentisti, periti, mastri u speċjalisti fid-diġitizzazzjoni – li se jaqsmu mal-udjenza kif xogħolhom jikkontribwixxi għall-ħarsien u t-twassil tal-wirt kulturali ta’ Malta b’mod effettiv.
🔗 Aqra iktar hawn 👉 heritagemalta.mt/news/discover-your-future-at-heritage-maltas-careers-fair-2025/
🇬🇧 Heritage Malta invites the public to explore the many professional pathways that help shape the future of Malta’s heritage at the Heritage Malta Careers Fair, taking place at the agency’s Head Office in Bighi, Kalkara, on Saturday 22nd and Sunday 23rd November, from 09:00 to 17:00.
This two-day event will bring together experts from across the agency’s various departments – curators, archaeologists, conservators, scientists, architects, craftsmen, and digitisation specialists – who will share how their work contributes to safeguarding and conveying Malta’s cultural heritage in an effective way.
🔗 Read more here 👉 heritagemalta.mt/news/discover-your-future-at-heritage-maltas-careers-fair-2025/