18/09/2025
Omm ma torqodx meta binha joħroġ billejl.
U mhux għax ma tafdahx.
Għax tħobb.
Għax waqt li dak l-iben jieħu gost, jixrob, u jgħix ħajtu, hi tantiċipa ħafna affarijiet.
Ma jimpurtax jekk binha sarx adult, għax xorta tistenna li jibgħatilha messaġġ.
Tittama li jirritorna qawwi u sħiħ.
Omm ma tistax tistrieħ meta biċċa minnha tkun ‘il bogħod minnha.
Hi taf id-dinja.
Taf il-perikli.
Taf li mhux kulħadd huwa ħabib ġenwin, li l-lejl mhuwiex kif kien qabel, li żball ta' sekonda jista’ jkun fatali.
Huwa għalhekk li tinkwieta meta joħroġ binha.
Hi żżomm il-mobile tagħha ħdejn l-imħadda, tħalli d-dawl mixgħul, toħroġ tittawwal ma’ kull ħoss barra t-tieqa, iżżomm nifsha jekk messaġġ tiegħu jdum ma jidħlilha.
Dan mhux kontroll min-naħa tagħha.
Hija mħabba.
Għax hi torbot il-paċi tagħha mas-sigurtà tiegħek.
U le, tgħidilhiex biex ma tinkwetax.
Għax waqt li int tkun sejjer tiddeverti, hi tkun ġa bdiet titlob fis-skiet.
Waqt li int tkun qed tidħak, hi tkun ansjuża taħseb fik.
U ma torqodx, sakemm ma tismax iċ-ċavetta ddur fil-bieb.
Ftakar, li dejjem hemm mara li tagħti kollox għalik.
Anke l-iljieli tagħha.
Tħallihiex tistenna wisq.
Titfix il-mobile.
Weġibha bil-ħlewwa jekk iċċempillek.
Tinsiex li dan huwa mod ieħor kif tħobbha.
Huwa mod kif tkun iben.