22/10/2026
🇲🇹 Hekk kif joqrob Halloween, jiġuna f’moħħna l-fantażmi u l-ispirti. Imma kont taf li r-Rumani tal-qedem kienu jemmnu wkoll li l-mejtin setgħu jerġgħu jidhru lill-ħajjin? Il-fantażmi spiss kienu assoċjati ma’ dawk li mietu mewta vjolenti jew li ma ngħatawx difna xierqa. Ir-Rumani kienu jemmnu f’diversi spirti tal-mejtin, fosthom il-Manes, marbuta mal-antenati mejtin, u l-Lemures, spirti bla mistrieħ li setgħu jdejqu lill-ħajjin. Matul il-festa tal-Lemuria, li kienet tiġi ċċelebrata f’Mejju, ir-Rumani kienu jwettqu ritwali biex ikeċċu l-ispirti mhux mixtieqa, fosthom billi jitfgħu fażoli suwed warajhom billejl. Għalkemm Halloween għandu oriġini differenti, il-faxxinu għall-fantażmi żgur mhuwiex xi ħaġa ġdida! 👻🏛️🕯️🫘
🇬🇧 As Halloween approaches, ghosts come to mind. But did you know that the ancient Romans also believed that the dead could return to haunt the living? Ghosts were often associated with those who had suffered violent deaths or been denied proper burial. The Romans believed in various spirits of the dead, including the Manes, associated with deceased ancestors, and the Lemures, restless spirits who could trouble the living. During the festival of Lemuria, celebrated in May, Romans performed rituals to ward off unwanted spirits, including throwing black beans behind them at night. Although Halloween has different origins, the fascination with ghosts is nothing new! 👻🏛️🕯️🫘