01/01/2019
Gheziez klijenti jew ahjar hbieb tieghi, kif hafna minnkom tafu jew smajtu, wasal il mument fil hajja tieghi biex nibda kapitlu gdid u dan wara hafna decizjonijiet difficli li kelli naghmel u nassigurakom li ma kienet xejn facli.
20 sena ilu meta ftaht il hanut ukoll hadt riskju ghax propju bdejt mix xejn , kont hafna izghar mil lum , ghadni nibda familja , tifla ta sentejn u ohra ta twelid. Hafna minnkom jiftakru t tlett uliedi l ohra jitwieldu, insomma kbirna flimkien. Bis sahha ta din l esperjenza sirt naf hafna nies fil belt li qatt ma kont iltqajt maghhom qabel, karatri differenti, whud minnhom b qalb tad deheb li zgur ser nimmissja hafna ghax ghalija kienu qishom il familja tieghi. Frahna flimkien u gieli bkejna wkoll , fil mard jew meta tlifna lil xi hadd ghaziz.
Nirringrazzja lil kulhadd min qalbi ghax bis sahha u l generozita taghkom stajt inrabbi familja daqstant numeruza. Grazzi tal pacenzja li hadtu bija specjalment meta kien ikolli xi rih isfel naqra qawwi u nitlob mahfra jekk forsi xi drabi weggajt lil xi hadd.
Nirringrazzja wkoll is suppliers tal ghajnuna u l fiducja li dejjem urew fija u salesreps kollha li hafna minnhom illum hbieb tieghi u mhux b inqas id delivery persons kollha tas servizz taghhom .
Ghalkemm jien mhux ser nibqa nahdem fil hanut, Evergreen Grocer ser jibqa jopera normali anzi b’hinijiet aktar konvenjenti ghalikom taht it tmexxija ta Josef u Maxine li hafna minnkom diga ltqajtu maghhom fil hanut u li jien zgur li ser ikomplu jaghtukom servizz tajjeb bhal dejjem.
Fl ahhar b wicci min quddiem nirringrazzja l Mulej li matul dawn l 20 sena zamm Idu fuqi , taghni s sahha u s sabar biex nahdem u tal providenza li qatt ma naqset.
Niehu l okkazjoni biex f isem il familja tieghi nawguralkom sena mimlija gid u barka kif il Mulej biss jaf jaghti
Grazzi , grazzi min qalbi
Pierre.